Kontrolli ġodda mill-KE kontra l-frodi

L-awdituri tal-UE ippubblikaw dokument informattiv dwar awditjar li se jsir fuq il-kontrolli li l-Kummissjoni Ewropea tuża kontra l-frodi.
Dan id-dokument tfassal wara azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għat-tnaqqis tal-frodi.
Sar ukoll b’rabta mal-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 rigward il-perċezzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej fejn 71% minnhom qalu li l-frodi kienet isseħħ “pjuttost ta’ spiss”.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri qalet li bħalissa l-Kummissjoni qed timmaniġġja r-riskju ta’ frodi fl-infiq tal-UE. Qalet li l-awditjar se jinkludi s-sehem ta’ NGOs, akkademiċi, prosekuturi, kif ukoll mill-Europol u l-Eurojust.