Kontrolli ġodda mal-fruntieri fl-Iżvezja

Hekk kif f’Malta qed jiltaqgħu l-mexxejja Ewropej u Afrikani dwar l-immigrazzjoni, l-emerġenza fil-Mediterran għadha għaddejja.
L-Iżvezja ħabbret l-introduzzjoni ta’ kontrolli temporanji li se jibda jkun hemm mal-fruntieri bl-għan li jkun ikkontrollat aħjar l-influss tal-immigranti ġewwa l-pajjiż.
Il-Ministru għall-Intern Żvediż Anders Ygeman qal li dan kien deċiż wara li l-pulizija avżat li żieda sostanzjali fl-ammont ta’ persuni li jidħlu fil-pajjiż jista’ jwassal għal theddida tal-ordni pubblika.
Dawn il-kontrolli se jidħlu fis-seħħ illum f’nofsinhar u inizjalment se jdumu għaxart ijiem.