​”Kontrolli ġodda għal-liġijiet tal-insib” – Roderick Galdes

Il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern se jħabbar riforma fil-liġijiet tal-insib.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li se jitħabbru numru ta’ kontrolli legali ġodda bil-għan li jirregolaw l-insib.
Huwa rrefera wkoll għall-eżerċizzju li qed jitwettaq bħalissa mill-Unit tal-gvern li tirregola l-għasafar sabiex tassigura li ma jinħolqux siti tal-insib ġodda, u tara li dawk preżenti ma jinsabux f’żoni protetti.
Intant ilbieraħ, Unit fi ħdan is-Segretarjat flimkien ma uffiċjali tal-Park Majjistral, il-MEPA u l-FKNK neħħew diversi strutturi fuq sit tan-Natura 2000 fl-istess park, u li kienu jintużaw għall-kaċċa u l-insib.
L-istrutturi li tneħħew kienu jinsabu f’żoni protetti.
Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li dan kien eżerċizzju konġunt bil-għajnuna ta’ diversi għaqdiet mhux governattivi. Qal li dan juri kif kaċċaturi u konservazzjonisti jistgħu jaħdmu flimkien favur il-bio-diversità fi spirtu ta’ kollaborazzjoni.