Kontroll tal-użu ta’ Facebook għal tfal taħt is-16-il sena?

Sa tmiem din il-ġimgħa jista’ jkun illegali li tfal Ewropej taħt is-16-il sena jużaw Facebook u Snapchat mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.
Dan hekk kif il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili u l-Intern fil-Parlament Ewropew qed jikkunsidra li jżid l-età diġitali minn 13 għal 16-il sena.
Din il-bidla qed tkun opposta minn diversi esperti għall-ħarsien tat-tfal u mill-kumpaniji tal-mezzi soċjali. Fost l-oħrajn qed jgħidu li din il-liġi se tnaqqas il-protezzjoni u ċċaħħad lill-adoloxxenti minn opportunitajiet edukattivi u soċjali.
Oħrajn qed jargumentaw li din il-liġi se tnaqqas il-possibilità li l-adoloxxenti jfittxu l-għajnuna.
Il-vot dwar din l-emenda se jittieħed nhar il-Ħamis li ġej.