‘Kontroll akbar fuq il-programmi ta’ sorveljanza fl-Istati Uniti’ – il-President Obama

Il-President tal-Istati Uniti tal-Amerika Barack Obama wiegħed riformi xierqa sabiex ikun hemm aktar kontroll fuq il-programmi ta’ sorveljanza tal-istat Amerikan. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President Obama qal li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jagħtu protezzjoni sħiħa kontra kull abbuż, fosthom billi semma tibdil fil-liġi dwar il-mod ta’ kif tinġabar l-informazzjoni dwar l-użu tat-telefon minn individwi.

Obama ħeġġġeġ ukoll sabiex jiġi appuntat avukat biex jgħin lill-gvern fil-kawża fil-qorti sigrieta ta’ sorveljanza.

Il-President Amerikan ilu jiddefendi dawn il-programmi ta’ sorveljanza mindu inħarġu f’Ġunju li għadda.