Kontra min se jikkompetu dawn it-tfajliet?

Ritratt: The Fptpgrafer (Fgura_

Angie Laus b’edizzjoni oħra tal-programm Ħadd Għalik illum il-Ħadd fuq TVM fil-ħin tal-12.15pm. Għall-edizzjoni tal-lum se jkunu qed jilgħabu t-tfajliet kontra l-ġuvintur.

Min se jkun qed jirbaħ din l-edizzjoni b’parteċipanti mill-aktar enerġetiċi?

It-tim tat-tfajliet hu kompost minn Shanaia Montebello, Thea Tedesco, Eliana Gomez Blanco u Martina Galea Loffreda.

Ritratt: The Fptpgrafer (Fgura_

It-tim tal-ġuvintur hu magħmul minn Aiden Aquilina Cohen, Kieren Farrugia. Denzel Armani u Craig Vella.

Intant it-tim tal-produzzjoni bħalissa qed jagħmel sejħa għal koppji miżżewġa li jagħmlu l-istess xogħol. Dawk li huma interessati huma mitluba li jmorru fuq il-paġna Facebook tal-programm u jibagħtu messaġġ privat.