​“Kontra li żewġ vilel f’Tal-Pietà jinbidlu f’dar tal-anzjani” – L-Akkademja tal-Malti

L-Akkademja tal-Malti ħarġet għonqha kontra l-proposta pendenti biex żewġ vilel f’Tal-Pietà jinbidlu f’Dar tal-Anzjani.
Fi stqarrija qalet li hi tassew ħasra li postijiet b’rabtiet mal-istorja tal-lingwa qed jiġu meqjusa sempliċiment formola li tkabbar il-kapital.   
L-Akkademja tispjega kif Mikiel Anton Vassalli sab ħafna għajnuna minn John Hookham Frere, li kien il-President tal-Kunsill tal-Università u bis-saħħa tiegħu sar l-ewwel Professur tal-Malti fl-Università.
Għaldaqstant, l-Akkademja temmen li Villa Frere għandha valur mhux biss arkitettoniku imma wkoll lingwistiku u letterarju għax Frere laqa’ fiha personaġġi kbar barranin bħal Sir Walter Scott, Gabriele Rossetti u John Davy. Laqa’ wkoll Maltin magħrufa bħal Luigi Rigord, Serafino Marmarà, Saver Caruana, Vincent Borg Brared u Giorgio Grognet.
Ritratt: Friends of Villa Frere fuq Facebook