Aġġornata: “L-iżvilupp fil-Kalanka se jkun f’żona iżgħar” – Direttur

L-għaqda Save Delimara qed tħeġġeġ lil dawk kollha li qed joġġezzjonaw kontra l-iżvilupp propost f’Kalanka, biex isemmgħu leħinhom kontra l-proġett.
Fi stqarrija, Ryan Abela minn Save Delimara, saħaq li Kalanka tinsab mhedda bi żvilupp ta’ lukanda li se tieħu aktar art, minn dik tal-lukanda delapidata, li ppjanat li tinbena flokha.
Abela ħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkummenta fuq www.savedelimara.com.
"L-iżvilupp se jkollu footprint iżgħar" – Direttur

B'reazzjoni, id-direttur tal-kumpannija Delimara Bay Hotel Limited, Kenneth Abela qal ma' Newsbook.com.mt li l-iżvilupp propost minnu u mill-kumpannija se jkollu footprint iżghar mill-bini dilapidat eżistenti. Spjega li fil-fatt, il-bini ezistenti jokkupa żona ta' 1,050.20 metri kwadri, mentri l-iżvilupp propost jokkupa 951.89 metri kwadri.