Kontra l-liġi li tħalli leħja twila jew li tgħatti wiċċek f’Xinjiang

Iċ-Ċina introduċiet liġijiet ġodda fir-reġjun ta’ Xinjiang f’dik li qed issejħilha bħala “kampanja kontra l-estremiżmu Iżlamiku”.
Fost il-miżuri li ttieħdu se jkunu qed jiksru l-liġi, dawk l-irġiel li jħallu l-leħja “itwal min-normal”, persuni li jgħattu wiċċhom f’postijiet pubbliċi u dawk li jirrifjutaw li jaraw it-televiżjoni tal-istat.
Xinjiang huwa l-post fejn jgħixu gruppi tradizzjonali Musulmani li jsostnu li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni fiċ-Ċina.
Fl-aħħar snin kien hemm diversi skontri vjolenti fir-reġjun.
Miżuri oħra li ddaħħlu u li se jibdew jitqiesu bħala illegali, huma fil-konfront ta’ persuni li ma jibgħatux lil uliedhom fi skejjel tal-gvern jew persuni li jiżżewwġu biss permezz ta’ ċerimonja reliġjuża.