Aġġornata bl-Awdjo: Mass Meeting tal-PN fir-Rabat Għawdex

Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi sostna li l-PN ma jibżax mill-ebda baħar bħall-poplu Għawdxi. Waqt mass meeting fir-Rabat Għawdex, Dr Gonzi sostna li l-PN huwa baħri tal-maltemp filwaqt li l-PN qatt ma ġie b’idu f’idu fil-gżira Għawdxija u se jkompli jġib ix-xogħol f’Għawdex, flimkien ma għadd kbir ta’ proġetti.

Il-Prim Ministru żied jgħid li żball fil-vot nhar is-Sibt, ma jistax jiġi kkoreġut qabel ħames snin oħra u ħames sekondi jistgħu isiru l-aqwa ħames snin ta’ gvern Nazzjonalista, jekk il-vot jingħata lill-PN. Il-Prim Ministru sostna li jinsab fiduċjuż li l-poplu Malti u Għawdxi jaf x’inhi l-aqwa għażla għall-familji.

Aktar kmieni:

20.13 Jien għandi fiduċja li intom tafu x’inhi l-aqwa għażla għall-familji tagħkom. Nirringrazzja lill-eluf ta’ persuni li diġà pperswadew tnejn min-nies li għadhom indeċiżi lil min se jivvotaw sabiex jivvotaw favur il-PN. Ir-riżultat li kellna fi żmien jumejn kien tajjeb ħafna imma għad fadal x’isir. Komplu sibu tnejn min-nies oħra indeċiżi biex jivvotaw lill-PN sabiex fid-9 ta’ Marzu nivvotaw u fl-10 ta’ Marzu niċċelebraw!

20.12 Lill-anzjani u l-pensjonanti: aktar titjieb u l-aqwa mediċini u servizz ta’ saħħa b’xejn

20.10 Lil ġenituri kollha ngħidilhom biex jivvotaw għat-tfal u għall-familja tagħhom

20.08 Innaqqsu t-taxxi għax gvern bil-finanzi fis-sod biss jista’ jnaqqas it-taxxi

20.04 Fil-mument tal-prova u meta għamilna l-għażliet, kellna l-kuraġġ tal-konvinzjoni fil-valuri li mexxew lil dan il-pajjiż għal tant snin

20.01 Sforz biex mill-ewwel ġranet ta’ gvern Nazzjonalista ġdid, mill-Prim Ministru sal-Ministri saċ-ċerpersons tal-awtoritajiet pubbliċi kollha iridu jaħdmu biex iċ-ċittadin jiġi l-ewwel

19.58 Ftakru wkoll li sakemm tivvotaw is-Sibt li ġej, żball fil-vot nhar is-Sibt, ma jistax jiġi kkoreġut qabel ħames snin oħra. Ħames sekondi jistgħu isiru l-aqwa ħames snin ta’ gvern Nazzjonalista jekk il-vot jingħata lill-PN

19.56 Lesti biex noħolqu 25,000 post tax-xogħol ġdid fosthom impjiegi ġodda f’Għawdex

19.53 Nindirizzaw l-ikbar ostaklu li għandhom l-Għawdxin billi nkomplu naraw il-vijabiltà ta’ mina li tgħaqqad lil Għawdex ma Malta. Wara d-9 ta’ Marzu, se nkomplu b’dawn l-istudji biex jekk vijabbli, nagħtu aktar opportunitajiet ta’ xogħol lill-Għawdxin

19.51 Nagħtu garanzija li 10% ta’ kull ċenteżmu li jinkiseb mill-Unjoni Ewropea se jmur għal gżira Għawdxija

19.49 Proġetti u inizjattivi speċifiċi u konkreti fosthom tlett snin bla taxxa u bla bolla għal min jiftaħ negozju ġdid f’Għawdex. Min jiftaħ negozju ġdid f’Għawdex u jimpjega tal-inqas tnejn min-nies, se jiffranka 200,000 ewro fuq medda ta’ tlett snin biex ikompli jimpjega aktar nies.

19.47 Ser inniedu servizz bejn il-port il-kbir ta’ Malta u Għawdex b’mod dirett

19.44 Id-diskors tiegħi m’huwiex fis-sħab imma diskors għal futur tal-gżira Għawdxija. Jekk jingħata l-fiduċja tal-poplu, il-PN se jikkonċentra fuq l-oqsma tat-turiżmu intern u estern, fuq aktar lukandi ta’ ħames stilel f’Għawdex, fuq aktar finanzjament għall-farmhouses, fuq faċilitar tal-proċessi tal-MEPA

19.42 Grazzi liż-żgħażagħ Għawdxin għax qed tagħtu futur lil pajjiżna. Fikom jiena nara il-futur ta’ Għawdex

19.40 Investiment kontinwu fis-servizzi tas-saħħa f’Għawdex. Tajnikom okkażjoni biex iż-żgħażagħ Għawdxin ikomplu jistudjaw. Il-PN ma jiġix Għawdex bir-roadmaps bħal ħaddieħor, iżda bil-proġetti f’idejna

19.38 Il-PN qatt ma ġie b’idu f’idu fil-gżira Għawdxija. Dejjem ġab u se jkompli jġib ix-xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, flimkien ma għadd kbir ta’ proġetti fosthom ġonna, ir-restawr taċ-Ċittadella, il-venda l-ġdida tal-karozzi tal-linja, it-triq tax-Xlendi u tad-Dwejra, ir-restawr ta’ Villa Rundle u proġetti biex Għawdex ikollu baħar nadif

19.36 Il-PN ma jibżax mill-ebda baħar bħall-poplu Għawdxi. Il-PN huwa baħri tal-maltemp

19.34 Ftakru li fid-9 ta’ Marzu it-tfal ma jistgħux jivvotaw. Tridu tivvotaw intom għalihom għax il-vot tagħkom lill-PN se jagħti lil dawn it-tfal ix-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni. Kuraġġ fl-aħħar erbat ijiem li fadal tal-kampanja elettorali

19.31 Jafferma li Għawdex se jibqa’ dejjem fil-qalba tal-politika Nazzjonalista. Il-gżira Għawdxija intirtet mill-ħidma ta’ Anton Tabone li l-PN dejjem żamm li Għawdex ikollu Ministru għalih. Sellem ukoll lil Dr George Borg Olivier li qal kiseb il-qabża ta’ kwalità għal gżira Għawdxija, kif ukoll lil Dr Eddie Fenech Adami li ta ċ-ċittadinanza Ewropea u d-demokrazija lill-poplu Malti u Għawdxi

19.29 Jindirizza lil folla preżenti Dr Lawrence Gonzi li jirringrazzja lill-Għawdxin għal merħba kbira li tawh, partikolarment liż-żgħażagħ Għawdxin

19.09 Jibda d-diskors tiegħu il-Viċi Kap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil li appella biex is-Sibt li ġej, il-poplu Malti jivvota favur l-istess direzzjoni li qabad il-pajjiż billi jivvota għall-Partit Nazzjonalista

19.04 Dr Simon Busuttil isellem lil folla preżenti. Eżatt warajh jitla’ fuq il-palk il-Kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi

18.06 Il-folla tibda tinġabar fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex tistenna l-wasla tal-Kap Nazzjonalista biex jindirizza l-mass meeting

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.

Ritratti: Daniel Balzan