Jinħatar il-Kabinett il-ġdid

Fil-Palazz tal-President saret iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Kabinett il-ġdid. Wara, l-PM, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ġodda mxew lejn Kastilja għall-ewwel laqgħa tal-Kabinett.

Il-Kabinett immexxi mill-PM Dr Joseph Muscat hu magħmul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari.

Dawn huma l-karigi fi ħdan il-kabinett:

Louis Grech: Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Ewropej
George Vella: Ministru tal-Affarijiet Barranin
Karmenu Vella: Ministru għat-Turiżmu
Evarist Bartolo: Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Leo Brincat: Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima
Joe Mizzi: Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura
Anton Refalo: Ministru għal Għawdex
Helena Dalli: Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili
Chris Cardona: Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar
Marie Louise Coleiro Preca: Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali
Emanuel Mallia: Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali
Edward Scicluna: Ministru għall-Finanzi
Konrad Mizzi: Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
Godfrey Farrugia: Ministru għas-Saħħa
Michael Farrugia: Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru
Ian Borg: Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017
Jose Herrera: Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu
Stefan Buontempo: Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport
Roderick Galdes: Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Edward Zammit Lewis: Segretarju Parlamentari għall-kompetittivita’ u t-Tkabbir Ekonomiku
Franco Mercieca: Segretarju Parlamentari għall-Anzjanita’ Attiva u d-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilita’
Owen Bonnici: Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja