AĠĠORNATA BIL-FILMAT: It-tieni Mass Meeting tal-PN fil-Mosta

17.20 Kuraġġ – we are going for it. Aħna determinati li nagħmlu li hemm bżonn biex ikun hawn l-aħjar gvern possibbli

17.18 Lest noffri protezzjoni bil-proklama lil min jgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Se nżidu l-pieni għal min jinstab ħati ta’ korruzzjoni fejn l-assi tiegħu jiġu konfiskati u jintuża għal fond soċjali

17.16 Dan hu partit li jiġġieled kontra l-korruzzjoni, tiġi minn fejn tiġi. Aħna nieħdu l-passi u min jikser il-liġi iħallas. Min imiss jew jiċċappas mal-korruzzjoni, ma jsib l-ebda spalla mal-PN. Jekk tilgħab man-nar, miegħi tinħaraq sew u ma hemmx kantunieri. Tista’ tkun imħallef, maġistrat, imħallef jew skrivan – il-korruzzjoni niġġildulha dejjem

17.14 Il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qed nitkellmu fuq is-saħħa. Minn għada nibdew nitkellmu dwar aktar mediċini b’xejn, il-ġlieda kontra l-kanċer u d-dijabete. Proposti dwar kif se nnaqqsu l-listi tal-istennija, il-kura primarja, l-Isptar Mater Dei, l-ewwel ċentru reġjonali ta’ saħħa fil-Mosta

17.11 Nistaqsi x’rabta hemm bejn il-proposti Laburisti u xi kuntratturi ewlenin. Li jitwarrab l-ambjent hija relatata ma dawn il-kuntratturi? Hemm rabta bejn dawn il-kuntratturi u l-bini ta’ power station ġdida? Min huma l-kuntratturi li wasslulhom din il-proposta tal-enerġija li se tispiċċa biex iżżid il-kontijiet tal-enerġija? Dawn huma l-istess kuntratturi li marru Dubai jiltaqgħu ma uffiċjali ta’ Smart City? Nistenna risposta mill-Mexxej Laburista

17.08 Għal Anġlu Farrugia tard wisq. Għal poplu Malti għadna fil-ħin biex ma nafdawx il-pajjiż f’idejn Dr Joseph Muscat

17.06 Addio Malta tagħna lkoll għax din tidher li tgħodd biss għal Dr Joseph Muscat u għall-klikka tiegħu. Il-Partit Laburista rema’ fil-ġenb lil persuna li ħadmet spalla ma spalla ma Dr Muscat li kien il-Viċi Kap tal-Partit Laburista. Kif iddeskrieva Anġlu Farrugia stess, sar assassinju politiku fil-konfront tiegħu. Jekk jagħmel hekk ma sieħbu, Dr Muscat x’se jagħmel bil-poter f’idejh?

17.04 Insellem lil Anġlu Farrugia li kien avversarju politiku leali. Huwa politiku li jiġġieled kontra l-inġustizzji, kontra n-nuqqas ta’ valuri u kontra n-nuqqas ta’ irġulija. Il-PL kien il-partit tal-calculator u baqa’ l-istess. Kif ġie trattat Anġlu Farrugia jikxef l-arroganza ta min irid isir l-iżgħar Prim Ministru ta’ Malta.

17.04 Insellem lil Anġlu Farrugia li kien avversarju politiku leali. Huwa politiku li jiġġieled kontra l-inġustizzji, kontra n-nuqqas ta’ valuri u kontra n-nuqqas ta’ irġulija. Il-PL kien il-partit tal-calculator u baqa’ l-istess. Kif ġie trattat Anġlu Farrugia jikxef l-arroganza ta min irid isir l-iżgħar Prim Ministru ta’ Malta.

17.01 Iż-żgħażagħ tagħna jiċċelebraw fit-toroq. Tirriskjawx it-tmexxija f’idejn min diġa’ żbalja fuq l-UE, fuq l-MCAST, fuq it-taxxa. Qatt ma ġrat fl-istorja li -Partit Laburista għandu kandidati li għadhom lanqas jafu bil-programm elettorali tal-PL. Il-poplu Malti ma jitfixkilx malajr

16.58 Tħallux il-Partit Laburista jaqtagħlkom qalbkom. Diġa’ ħloqna x-xogħol u se nkomplu noħolqu aktar xogħol. Tissugrawx bil-futur tagħna. Jekk issir żball fit-tmexxija, il-pajjiż kollu jegħreq

16.56 Bil-miżuri li se nkunu qed nieħdu se nkunu qed inkomplu nnaqqsu t-taxxi għax kolloxn jiddependi fuq kemm se nkunu qed noħolqu x-xogħol. Għalhekk se noħolqu 25,000 xogħol ġdid fil-ħames snin li ġejjin

16.54 Lir-romol se nħeġġuhom biex imorru jaħdmu u ma tibda tonqsilhom xejn mill-pensjoni tagħhom. Jekk terġa’ tiżżewweġ ma titlifx il-pensjoni tiegħek

16.51 Lill-persuni b’diżabilita’ wkoll se nżidulhom il-pensjoni ta’ diżabilta’ sabiex jgħixu ħajja diċenti u ntegrata fis-soċjeta’

16.49 Il-PN se jkun qed iwitti t-triq biex il-pensjonanti li jieħdu l-pensjoni taż-żewġ terzi u pensjoni privata ma tibqax titnaqqaslu mill-pensjoni taż-żewġ terzi. Din tfisser eluf kbar ta’ ewro fil-bwiet tal-pensjonanti u tal-anzjani tagħna

16.51 Lill-persuni b’diżabilita’ wkoll se nżidulhom il-pensjoni ta’ diżabilta’ biex jgħixu ħajja diċenti u ntegrata fis-soċjeta’. Il-valuri tal-PN huma dawk li jaħsbu f’dawk li għandhom l-aktar bżonn

16.49 Il-PN se jkun qed iwitti t-triq biex il-pensjonanti li jieħdu l-pensjoni taż-żewġ terzi u pensjoni privata ma tibqax titnaqqaslu mill-pensjoni taż-żewġ terzi. Din tfisser eluf kbar ta’ ewro fil-bwiet tal-pensjonanti u tal-anzjani tagħna

16.47 Vawċers lil familji li jridu jagħmlu użu mis-servizz ta’ child care. It-trabi kollha li se jitwieldu minn issa ‘l quddiem se jingħataw elf ewro kull wieħed biex ikollhom fond għall-pensjoni. Dan juri li t-tfal huma fil-qofol tal-PN

16.45 Il-PN fil-Gvern jirraġuna bħall-ġenituri biex naraw li t-tfal tagġna ikollhom futur tajjeb u jirtu pajjiż aħjar. Fil-programm elettorali se ssibu miżuri favur it-tfal fosthom iċ-children’s allowance għal kull familja għax kull ġenitur jixraqlu l-apprezzament tal-istat talli qed irabbi t-tfal

16.43 Qabża ta’ kwalita’ oħra fl-edukazzjoni biex iż-żgħażagħ jieħdu f’idejhom pajjiżhom. Il-vot taż-żgħażagħ għall-PN huwa meħtieġ biex huma stess jingħataw l-aqwa għodda biex jistudjaw u jirnexxu

16.42 Se nwettqu l-programm elettorali kollu kemm hu għax aħna għandna fiduċja sħiħa fil-poplu Malti. Aħna se ntukom l-aqwa u l-aħjar. Qabża ta’ kwalita’ oħra fis-saħħa mingħajr ħlas mhux billi jgħid il-Partit Laburista

16.41 Xhur twal ta’ konsultazzjoni wasslu biex tfassal il-programm elettorali għall-ħames snin li ġejjin fejn għall-ewwel darba fl-istorja wkoll qed nuru kemm se jiswew dawn il-proposti

16.40 Il-passat tagħna huwa fis-sod, il-preżent huwa fis-sod u jekk tafdaw il-pajjiż f’idejn il-PN se nagħtukom ukoll futur fis-sod

16.38 Afdaw il-futur tal-pajjiż f’idejn min verament irid il-ġid tagħkom u tal-familji tagħkom. Se ntukom kelmitna li se nerġgħu imexxu lil Malta għal qabża ta’ kwalita’ oħra li tixraq lil kulħadd

16.36 Dr Lawrence Gonzi jgħid li s-siegħa tal-prova qed tersaq aktar viċin u se tkunu qed tiddeċiedu f’idejn min se tafdaw l-aktar persuni qribkom

16.32 Jindaqq l-Innu Malti eżattament qabel jibda d-diskors tiegħu il-Kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi

16.15 Beda d-diskors tiegħu il-Viċi Kap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil li qal li l-PN jirrikonoxxi li hawn min huwa mweġġa’ għax il-PN żbalja wkoll

16.08 Il-Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi flimkien mas-sinjura Gonzi jitilgħu fuq il-palk prinċipali issellmu lil folla preżenti

15.30 Jingħata bidu għal mass meeting tal-PN fil-Mosta. Jasal il-Mosta il-Viċi Kap Nazzjonalista Dr Simon Busuttil