Aġġornata bl-awdjo: Il-Mexxej Laburista jitkellem dwar l-impenn tiegħu fis-summit tal-UE il-ġimgħa d-dieħla fi Brussell

14:48 Il-Poplu għażel li jarmi l-politika tal-passat. Se nżommu f’moħħna li dan il-mandat irid jitwettaq fuq l-Għaqda Nazzjonali

14:46 Inħejju għas-Summit tal-Unjoni Ewropea tal-ġimgħa d-dieħla

14:45 Jeħtieġ li naħdmu id f’id mal-Oppożizzjoni sabiex jiġi mressaq il-Budget fil-Parlament

14:43 F’kummenti esklussivi lil Newsbook, il-Mexxej Laburista jgħid li l-ewwel prijorita’ huwa l-pjan tal-enerġija

14:30 Jistenna biex jara min se jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u jittama li jkun jista’ jaħdem mill-qrib mal-Oppożizzjoni

14:28 Ir-Responsabbilita’ hija kbira u l-mandat huwa wieħed ċar. F’Kummenti lill-istazzjon Nazzjonali mill-ġdid isellem lill-Dr Lawrence Gonzi, u jgħid li il-fatt li hemm post vakanti għall-Kap tal-Oppożizzjoni jfisser li se jikkonsulta mal-President tar-Repubblika

14:20 Bħalissa wasal il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat u mistenni jindirizza l-media minn hawn u ftit tal-ħin ieħor.