Il-kontijiet tad-dawl se jibqgħu l-istess – Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat li minkejja żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt, f’pajjiżna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll l-prezzijiet tal-fjuwil se jibqgħu l-istess.

Meta kien qed jindirizza l-ġurnalisti fil-bidu tal-laqgħa tal-kabinett li saret f’Binja Bugeja f’ Santa Venera, il-Prim Ministru qal li bir-riforma li għamel il-Gvern dwar kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-kabinett tal-Ministri illum m’għandux għalfejn jiddiskutu li jgħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma hekk kif il-prezz taż-żejt f’ ġurnata tela’ ‘l fuq bi $10.