“Kont tagħti s-saħħa ‘l oħtok biex tgħix” – ħabiba ta’ Gordon Spiteri

Ħabiba ta' Gordon Spiteri, li miet traġikament dalgħodu bid-dħaħen li bela' minn appartament tal-ġirien li ħa n-nar, qalet li hu biss kien jagħti s-saħħa 'l oħtu biex tkompli fil-ħajja, u talbitu jagħtiha l-għajnuna biex issabbar 'l oħtu.
F'post fuq Facebook, Nadine Busuttil, li qalet lil Newsbook.com.mt li kienet ilha taf lill-vittma mat-30 sena għax oħtu hi l-aqwa ħabiba tagħha, kitbet li se tibqa' tifkakar fih f'relazzjoni mad-daħk li kien iġegħelha tidħak, filwaqt li rrimarkat li Gordon kien preżenti ħafna fi tfulitha.

Qalet li minn dak li semgħet, jidher li Gordon miet għax ipprova jgħin lill-ġirien li qabdilhom l-appartament.
Ir-raġel instab mixħut fil-komun tal-bokka tal-appartament mill-Pulizija, wara li l-Għassa tad-Distrett irċeviet ir-rapport għall-ħabta tal-5.30am.