Kont taf li McDonald’s għandu menu sigriet?

Għal ħafna snin fanatiċi tal-McDonald’s spekulaw dwar l-eżistenza ta’ menu sigriet tal-McDonalds, u issa meniġer tal-kumpanija kkonferma li iva, menu sigriet verament jeżisti!
Il-meniġer, li għandu 24 sena u hu mill-Iskozja, qal li klijenti fost oħrajn jistgħu jordnaw berger partikolari li hu McChicken sandwich ġewwa double cheeseburger.
Fost il-favoriti hemm il-Land Sea u l-Air Burger, li jikkonsistu minn ċanga, tiġieġ u ħut, jew il-Mc10:35 brunch sandwich, li jgħaqqad il-breakfast u l-ikla ta’ nofsinhar.
Minkejja dan, l-aħbar negattiva hi li dan il-menu ma jiġix offrut fil-pajjiżi kollha. Jiġifieri jekk tiġix l-opportunità dduq xi oġġett li ssib fil-menu sigriet, ħudu!
Biex tara l-lista kompluta tal-affarijiet li tista’ tordna minn fuq il-menu sigriet tista’ tidħol hawn.