Kont taf li l-mowbajl jista’ jagħmlek imdejjaq?

Jekk toqgħod tilgħab bil-mowbajl waqt li suppost qiegħed mal-ħbieb, mhux biss tkun qed iddejjaq lil dawk ta’ madwarek, issa tista’ anke tkun qed iddejjaq lilek stess!
Studju li sar juri kif aħna nqattgħu kwart il-ħin ta’ mistrieħ aljenati b’diversi oġġetti li jtellfulna l-konċentrazzjoni, u minn dawn, l-użu tal-mowbajl hu l-agħar fost kollha.
Il-mowbajl mhux biss itellfilna l-konċentrazzjoni, iżda anke jaffettwana rigward kemm inkunu ferħanin jew imdejqin.
Riċerkaturi tal-Università tal-Kulleġġ ta’ Londra mhumiex ċerti għalfejn jiġri hekk, iżda jgħidu li hu possibbli li nħossuna mdejqin li m’aħniex kapaċi tilagħbu bil-mowbajl.
B’kuntrast, m’għandniex kontroll fuq affarijiet esterni, bħal xogħlijiet tat-toroq, u allura dawn jaffettwawna inqas.
Irrelevanti mir-raġuni, huma qalu li qed ngħixu “fi żmien ta’ distrazzjonijiet”.