Kont taf li jeżisti Starbucks f’Westeros?

Is-serje televiżiva Game of Thrones saħħret lill-maġġoranza tad-dinja warajha, u dawk li ma jsegwux Game of Thrones iħossuhom bħallikieku esklużi mill-bqija. Iżda l-iżball li kien hemm fl-episodju li xxandar nhar il-Ħadd ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd – kemm ta’ dawk li jsegwu s-serje, u anke ta’ dawk li ma jsegwuhiex.

Game of Thrones hu ambjentat fl-era Medjevali u bbażat fil-kontinenti fittizji Westeros u Essos, iżda qajla hemm ċans li f’dan iż-żmien f’dawn il-kontinenti kien hemm Starbucks. Minkejja dan, tazza tal-kumpanija famuża Amerikana tal-kafè Starbucks spiċċat ġibdet għajnejn is-segwaċi tas-serje peress li kienet fuq mejda waqt xena ta’ ċelebrazzjoni wara t-taqtigħa ta’ Winterfell.

Din ma kinitx l-ewwel darba li kien hemm xi żball ta’ din ix-xorta f’xi serje jew film. Żball ieħor kien sar fil-film Gladiator, li xi xeni minnu kienu nġibdu Malta. F’xena ta’ ġlieda fil-Kolossew, kien deher ċilindru tal-gass fuq wara tal-karozzella taż-żiemel. Dan l-iżball kien daħħak lill-udjenzi peress li l-film hu ambjentat fis-sena 180 W.K., mentri ċ-ċilindri tal-gass inħolqu fis-seklu 19.

Image result for gladiator gas cylinder