Kont taf li aktar ma tagħmel xita, aktar ikollna bram fis-sajf?

Jekk xi ħadd minnkom din il-ġimgħa mar sal-baħar seta’ jinnota li max-xatt hemm ħafna bram.

Kif tistgħu taraw f’dan ir-ritratt, il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan kienet invażata bil-bram.

Newsbook staqsa lir-riċerkatur u bioloġista fis-settur marittimu Alain Deidun dwar dan il-fenomenu li reġa’ tfaċċa f’wiċċ l-ilma.

Deidun jgħid li f’dan iż-żmien tas-sena, il-bram jibdew jirripproduċu u jitilgħu f’wiċċ l-ilma u jersqu viċin tax-xatt anke minħabba li tibda tisħon it-temperatura tal-baħar.

Il-bram li jniggżuna fis-sajf huma “t-tfal” ta’ dawk li naraw f’dawn il-jiem tax-xitwa.

Alain Deidun jispjega wkoll kif l-ammont ta’ xita fix-xitwa jaffettwa l-ammont ta’ bram fis-sajf.

Matul is-sajf il-websajt Spot The Jelly Fish jidħlulha mal-15-il rapport kuljum dwar il-bram.

Għal iktar dettalji: http://oceania.research.um.edu.mt/jellyfish/index.html

Ritratt: Sabrina Mallia