Filmat: “Kont qed nipprova nsib it-triq tiegħi”

Waqt l-edizzjoni tal-lum ta’ Nitfa Kultura, Frederick Zammit tkellem ma’ Corazon Mizzi proprju jumejn qabel il-kunċert tagħha li se jsir il-Ġimgħa 11 u s-Sibt 12 ta’ Jannar u li matulu se tkun qed tniedi l-album il-ġdid tagħha. Corazon taqsam bosta esperjenzi mill-aħħar album kif ukoll dwar kif użat dan il-perjodu biex issib triqitha biex tkun tista’ twassal mużika ġdida.