“Kont naħseb li rġiel bħalek jeżistu biss fil-ħrejjef” – Maria Francesca lil Kevin

Illum jaħbat għeluq l-34 sena tal-kantant Kevin Borg li twieled bħal-lum id-9 ta’ Ġunju tal-1986. Il-kantant kellu bosta messaġġi ta’ awgurju għal dan il-jum fosthom mingħand it-tfajla tiegħu Maria Francesca Borg Manche.

“Int biddiltli ħajti u l-ħajja, bl-imħabba tiegħek, saret qisha ħolma ta’ kuljum. Kont naħseb li rġiel bħalek jeżistu biss fil-ħrejjef fejn ikun hemm tmiem feliċi. Iżda kont żbaljata.  L-imħabba vera teżisti u int ta’ vera!” kitbet hi waqt li awguratlu l-isbaħ xewqat għal dan il-jum.

Kevin, li fl-2008 kien rebaħ il-Pop Idol tal-Iżvezja, ftit tal-ġranet ilu nieda fuq il-midja soċjali filmat fejn deher ikanta l-kanzunetta popolari Always on My Mind.

Kevin Borg – Always On MY Mind ( Cover Sessions )

Here is my version of ALWAYS ON MY MIND ( Originally By Elvis Presley ) #CoverSessionsSince I am an Elvis fan myself, I really enjoyed singing this one. 🙂 I was going to perform this song during the 2nd Malta Together Concert but unfortunately it has now been 'postponed'I hope you all enjoy it :)For more info regarding bookings / events etc, please contact us by email on kevinborgmanagement@live.se or send us a private message here on my page 🙂

Posted by Kevin Borg on Friday, June 5, 2020

Qabel din kien ukoll ħareġ il-kanzunetta Break Down, kif ukoll qed jikseb ukoll bosta suċċessi fil-Ġappun.

Imwieled u mrobbi l-Furjana, Kevin Borg beda l-karriera tiegħu meta kein għadu l-iskola u ħadem il-parti ewlenija fil-musical Oliver Twist. Fis-snin ta’ wara beda jieħu sehem fil-festival u għal perjodu ta’ żmien kien ukoll jidher b’mod regoalri bħala wieħed mill-kantanti residenti tal-programm televiżiv Kalamita.

Huwa jħobb ukoll il-futbol u kien ukoll jilgħab mal-Floriana F.C. Nannuh hu Lolly De Battista, li kien l-ewwel futboler Malti li rebaħ il-Footballer of the Year Award.

Fis-sajf li għadda lil Kevin rajnieh fil-parti ewlenija fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej.