“Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi” – l-akkużat

Wieħed mit-tliet uffiċjali li arrestaw liż-żagħżugħ Albaniż suspettat li seraq ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè qal fil-Qorti li ma jistax jinsa l-ħoss tal-grillu tal-pistola li r-raġel ipponta lejh.
Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni kontra Daniel Muka ta’ 22 sena, li ġimagħtejn ilu ġie arrestat f’Paceville wara suspetti li kellu x’jaqsam fis-serqa mill-ħanut f’Tignè fil-5 ta’ Ottubru li għadda.
Instema’ kif meta l-pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit avviċinaw liż-żagħżugħ, li kien qed jiekol ma’ persuna oħra, dan sar vjolenti u rreżista l-arrest tagħhom.
Muka kien qed jiġi mfittex minn qabel mill-Pulizija.
Xħin qalulu li huma kienu pulizija, iż-żagħżugħ ta daqqa ta’ ras lil wieħed minnhom, u fit-taqbida li nqalgħet ħareġ pistola mill-qalziet u agħfas il-grillu bosta drabi lejn wieħed mill-uffiċjali, iżda l-arma ma ħaditx.
Xħin l-akkużat tniżżel mal-art mill-pulizija, kien għadu jipprova jispara lejhom, u fil-Qorti nstema’ wkoll li pprova jġib xi ħaġa oħra mill-but tal-qalziet, li wara nstab li kien aktar munizzjoni.
Kien biss wara li l-uffiċjali sparaw liż-żagħżugħ bl-elettriku li reħa l-arma minn idu.
Mistoqsi mill-pulizija għala kien qed iġorr dik l-arma miegħu, l-istess pulizija xehed fil-Qorti li Muka qallu li kien jaf li qed ifittxuh, allura ried li jispiċċa kollox darba għal dejjem.
Iż-żagħżugħ qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil, lim rreżista arrest, li hedded uffiċjali tal-pulizija, li kellu fuqu l-kokaina u arma tan-nar.
Il-każ ikompli fl-aħħar ta’ dan.