“Kont maħbub minn kulħadd”

Xita ta’ messaġġi u kummenti qed iduru fuq il-mezzi soċjali bħala tislima għall-Patri Victor Enriquez, li tilef ħajtu dalgħodu waqt li kien qed jgħum fl-inħawi tal-Exiles f’San Ġiljan.

Fost l-oħrajn kiteb l-Eks Membru Parlamentari Laburista Joseph Cuschieri li rrimarka li Patri Victor ħadem ħafna bl-aktar mod eżemplari u għamel ħafna ġid maż-żgħażagħ, mal-għarajjes, mal-miżżewġin u fil-Parroċċa tal-Karmnu, il-Balluta. “Kont maħbub minn kulħadd”, kompla jgħid Cuschieri b’qalbu maqsuma bit-telfa tal-Patri Karmelitan.

Qalbi maqsuma bit-telfa traġika tal-għażiż Patri u ħabib Dun Victor Enriquez O.Carm waqt li kien qiegħed jgħum. Kont…

Posted by Joseph Cuschieri on Wednesday, June 24, 2020

Sellimlu wkoll l-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino li rringrazzjah għas-servizz kollu li ta fi ħdan il-Knisja lill-komunità.

Insellmu lil Fr.Victor Enriquez mill-Parrocca tal-Karmnu, l-Balluta li dalghodu nghaqad mal-Mulej. Grazzi tas-servizz kollu li tajt fi hdan il-Knisja lill-komunita'.

Posted by George Pullicino on Wednesday, June 24, 2020

Another beautiful soul just passed away. Rip Fr.

Posted by Karl Gouder on Wednesday, June 24, 2020

B'niket inħabbru l-mewt ta' Patri Victor Enriquez, KarmelitanAgħtih O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem. Il-Madonna tal-Karmnu tilqgħu fi ħdanha

Posted by Carmelite Priory Mdina on Wednesday, June 24, 2020