Kont li ma jistax jitħallas

Is-sensiela Issa Naraw tkompli llum fit-3pm fuq TVM u se naraw kif Tony jagħmel imħatra ma’ Patrick, it-tifel ta’ Marco. Jitlef l-imħatra u jkollu jieħu lil ħutu u lil ħbiebhom għall-ikel. Jiġih kont kbir, li ma jistax iħallsu.

Tony jibda jħaddem rasu biex jara kif se jaqla’ xi ħaġa biex iħallas id-dejn kollu għax, barra minn hekk, għandu jagħti liz-zija Marthese u lin-nannu wkoll.

Tiġih idea!

Iżda x’se jkunu l-konsegwenzi?