“Kont għidtli li mingħajr il-ħanut ħajtek tispiċċa”

Bosta persuni wrew id-dieqa tagħhom għall-mewt ta’ skarpan magħruf fil-komunità Rabtija, Freddie Caruana. Hu kellu 71 sena.

Żagħżugħ partikolari sostna fuq Facebook li darba, Freddie kien kellmu u qallu li jekk ikollu jieqaf jaħdem fil-ħanut, ħajtu tispiċċa. Freddie għalaq il-ħanut tiegħu f’Settembru tal-2019. Iż-żagħżugħ kompla jgħid li Freddie bħal donnu kien jaf x’se jiġri.

Freddie kien ilu jaħdem fil-ħanut tiegħu bħala skarpan għal 40 sena.

Għexieren ta’ persuni, fosthom klijenti tiegħu, ħallew messaġġi ta’ dieqa fuq Facebook. Huma ddeskrivew lil Freddie bħala raġel ħabrieki u li kien jagħmel xogħolu mill-qalb. Oħrajn iddeskrivewh bħala raġel b’paċenzja kbira.