Filmat: “Kont ibbuljata fuq il-midja soċjali” – Celine waqt X Factor

L-istorja ta’ Celine Agius waqt il-programm X Factor qanqlet ħafna simpatija u interess. Kienet tkanta u tieħu sehem f’xi kompetizzjonijiet. Kellha wkoll il-YouTube Channel tagħha li hija għalqet wara li bdiet tirċievi messaġġi koroh u ta’ theddid.

Xahrejn ilu ddeċidiet li terġa’ tibda tkanta.

Rise Like A Phoenix għażlitha għal tal-apposta b’dedika għal dawk li jiġu bullied biex jerġgħu jqumu fuq tagħhom. Jidher biċ-ċar li trid temmen aktar fiha nfisha għax l-interpretazzjoni tagħha niżlet tajjeb mal-ġurija li jemmnu li bid-direzzjoni tagħhom tista’ tkompli ssaħħaħ it-talenti tagħha.

Il-Bootcamp huwa l-pass li jmiss għal din il-kantanta żagħżugħa.