Konsultazzjonijiet dwar żewġ pjazez f’Għawdex

Tnieda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjazza tax-Xewkija.
Il-Ministru għal Għawdex qalet dan meta ġew preżentati d-disinni preliminari tal-proġett għall-kummmenti u suġġerimenti tal-pubbliku. Qalet li din il-pjazza ġġib magħha diversi sfidi fosthom l-importanza tal-immanniġġjar tajjeb tat-traffiku li jgħaddi minn din il-lokalità. 
Tħabbar li l-proċess ta’ konsultazzjoni mistenni jintemm fl-aħħar ta’ Frar biex wara jsiru l-applikazzjonijiet meħtieġa.
Il-Ministru Justyne Caruana fakkret li se jibda proċess ta’ konsultazzjoni ieħor dwar il-Pjazza ta’ San Franġisk fir-Rabat Għawdex. 
Ritratt: MGOZ