Konsultazzjoni ma’ dawk involuti tnaqqas il-konfużjoni – Il-Kamra tal-Kummerċ

Miguela Xuereb

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija qalet li jekk ikun hemm konsultazzjoni kif suppost ma’ dawk il-partijiet kollha involuti, qabel ma tittieħed deċiżjoni, ikun hemm Inqas lok għal konfużjoni u frustrazzjoni mill-poplu.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet dan fi stqarrija li bħalissa bosta Gvernijiet madwar id-dinja jinsabu f’sitwazzjoni li qatt m’affaċċjaw qabel u b’hekk qed jaħdmu f’ċertu sens ta’ inċertezza.

F’dan il-kuntest, il-Kamra tal-Kummerċ fakkret lill-Gvern li hi lesta li tgħin sabiex tassigura li l-inċertezza u l-ftehim ħażin tal-miżuri jinżamm kemm jista’ jkun minimu. Qalet li każi riċenti ta’ struzzjonijiet mhux ċari min-naħa tal-Gvern ikkreaw inċertezza żejda.

Il-Kamra sostniet li soluzzjoni għal dan huwa konsultazzjoni sħiħa. Qalet li minħabba l-konfużjoni li nħolqot, kien hemm għexieren ta’ membri tagħha li kkuntattjawha jippruvaw jifhmu eżatt x’jista’ jsiru u le wara l-aħħar miżuri li tefaw aktar minn 100,000 persuna fil-pajjiż f’lock down fi djarhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn