Konsulenza oħra għad-deputat Laburista Edward Zammit Lewis

Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis ngħata konsulenza oħra din id-darba flimkien mad-ditta legali ta’ oħt il-MEP laburista Miriam Dalli.

AQRA: €100,000 f’direct orders lil Schembri, Zammit Lewis u Lia

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Edward Zammit Lewis flimkien mad-ditta legali ta’ Veronique Dalli bdiet tagħmel xogħol għall-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp (NDSF) wara li l-NDSF għamel sejħa pubblika għal espressjonijiet ta’ interess.

Sal-lum il-ħlas li sar lil dawn iż-żewġ ditti legali jammonta għal €2,700.  Madanakollu, il-kuntratt għandu valur ta’ €45,000 fis-sena jew bir-rata ta’ €90 fis-siegħa.

AQRA: €1,000 fil-ġimgħa għal Zammit Lewis minn Identity Malta

Il-Prim Ministru qal li Zammit Lewis m’għandu l-ebda konsulenza oħra ma’ xi entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.

Ir-risposta ngħatat għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil.

Fl-2018, Zammit Lewis irċieva €26,000 f’direct order għal sena ta’ servizzi ta’ konsulenza lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.

AQRA: Direct order ieħor għal Zammit Lewis; €26,000