Konsulent ta’ Cameron akkużat b’pornografija tat-tfal

Dell ikrah fuq il-Gvern Ingliż, hekk kif konsulent qrib tal-Prim Ministru David Cameron ġie arrestat minħabba suspett ta’ pornografija tat-tfal.
Patrick Rock ta’ 62 sena, li kien il-konsulent tal-Gvern dwar il-policy tal-pornografija onlajn, kien arrestat ix-xahar li għadda wara li l-pulizija eżaminat il-kompjuter tiegħu f’Downing Street. 
Il-Gvern qed ikun akkużat li informa minnufih lil Rock li kien se jiġi arrestat mill-pulizija ftit sigħat wara. 
Fi ftit xhur kien se jkollu wkoll it-titlu ta’ Lord.  Ħareġ ukoll li fil-passat, kollega ta’ Patrick Rock kienet akkużatu b’fastidju seswali.