Konsegwenzi serji jekk is-Sirja ma tikkoperax

Franza, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti qed ifittxu riżoluzzjoni mill-Ġnus Magħquda rigward konsegwenzi serji ladarba s-Sirja ma tgħaddix l-informazzjoni dwar l-armi nukleari. Madanakollu, ir-Russja wissiet li jekk is-Sirja se tiġi mhedda, jista’ jagħti l-każ li t-taħdidiet ta’ paċi jfallu.

Dan hekk kif il-President Franċiż Francois Hollande, is-Segretarju Ingliż tal-Affarijiet Barranin William Hague u s-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry iltaqgħu f’Pariġi biex jiddiskutu din il-kriżi.

Fil-ftehim milħqu bejn ir-Russja u l-Istati Uniti, is-Sirja qablet li fi żmien ġimgħa tgħaddi l-informazzjoni dwar l-armi nukleari, filwaqt li sa nofs is-sena d-dieħla, teħles minn dawn l-armi.

L-Istati Uniti heddet b’azzjonijiet militari kontra l-Gvern Sirjan wara l-attakk li seħħ fil-21 t’Awwissu f’Damasku u li fih inqatlu mijiet ta’ persuni.

Madanakollu, il-President Sirjan Bashar al-Assad ċaħad allegazzjonijiet li l-Gvern Sirjan kien il-moħħ wara dan l-attakk filwaqt li akkuża lir-ribelli li huma kienu l-moħħ wara dan l-attakk.