Konrad Mizzi u Ninu Zammit ħallew lill-Kumitat PANA bla risposta

Il-Ministru Konrad Mizzi u Ninu Zammit għadhom ma weġbux għat-talba tal-Kumitat Ewropew tal-Inkjesta dwar il-Panama Papers, il-PANA, li ried jiltaqa’ mal-membri tal-Parlament fl-20 ta’ Frar.
Iċ-Ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, irrimarka li filwaqt li l-uniċi politiċi li kkonfemaw biex jidhru quddiem il-kumitat huma l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, hemm oħrajn ta’ interess partikulari li lanqas indenjaw iwieġbu.
Semma wkoll fost l-oħrajn lil Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Cassola sostna li huwa tal-mistħija li mill-ministri kollha msejħa wieħed biss ikkonferma li se jidher quddiem il-kumitat PANA, u dan ikompli jagħti x’tifhem li dawn għandhom x’jaħbu.