Konrad Mizzi se jibqa’ membru parlamentari

L-ex-Ministru Konrad Mizzi stqarr illejla se jibqa’ fi ħdan il-grupp parlamentari tal-Partit Laburista. Mizzi qal dan fi tmiem laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista fiċ-Ċentru Nazzjonali fil-Ħamrun.

Illejla tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista li ta vot unanimu ta’ fiduċja lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dan kien l-aħħar iżvilupp fl-itwal ġurnata politika ta’ Joseph Muscat li wasslet għar-riżenja ta’ jsegwi serje ta’ Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona wara li ġew imsemmija minn Yurgen Fenech bħala parti mill-investigazzjonijiet marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.