Filmat: “Konrad Mizzi sar aktar potenti mill-Ministri l-oħra”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li Konrad Mizzi bħala Ministru bla portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Minsitru, Mizzi sar aktar potenti mill-Ministri l-oħra. Tenna li Mizzi flimkien ma’ Muscat se jmexxi l-Gvern.
F’konferenza tal-aħbarijiet Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat mhux biss hu involut fl-iskandli li għaddejjin bħalissa, imma huwa ostaġġ u rikattat minn Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Tenna li bir-reshuffle li għamel il-PM, wera li huwa kompliċi ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Busuttil qal li Muscat wera wkoll li mhux kapaċi jiddeċiedi u ddeċieda li ma jiddeċidix u żammhom miegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dak li ħabbar il-PM huwa insult għall-inteliġenza tan-nies.
Saħaq li s-sitwazzjoni saret “aktar redikola għax issa hemm Manuel Mallia fil-Kabinett”.
“Lesti li nieħdu kull azzjoni skont il-liġi”
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni mhux se tħalli din is-sitwazzjoni tieqaf  hawn u lesta li tieħu kull azzjoni skont il-liġi biex juru lil Muscat li mhux se jħalluh jagħmel aktar ħsara lil Malta.
Tenna li l-Partit Nazzjonalista se jirrifletti verament is-sentiment tan-nies.
Qal li se jibqa’ juri li hemm xi ħadd lest jagħti tama li l-affarijiet jistgħu jinbidlu biex Malta terġa’ tkun normali, Ewropea u demokratika.
“Joseph Muscat jiddefendi ruħu billi jitfa’ t-tajn fuq ħaddieħor”
Busuttil qal li l-unika mod li Muscat qiegħed jiddefendi ruħu huwa billi jitfa’ t-tajn fuq ħaddieħor.
Dwar il-każ ta’ Mario De Marco, Busuttil qal li l-pożizzjoni ta’ De Marco hija ċara.
Qal li jekk Mario De Marco għamel xi ħaġa ħażina għax għamel użu mill-istess kuntrattur li uża’ Ian Borg, anke Ian Borg għamel xi ħaġa ħażina.
Tenna li De Marco ppubblika wkoll l-irċevuti.
“L-Oppożizzjoni ma ġiex ikkonsultat dwar in-nomina ta’ Leo Brincat”
Il-Kap tal-Oppożżizjoni qal li ma ġewx ikkonsultati bin-nomina ta’ Brincat dwar in-nomina ta’ Leo Brincat.
Tenna li jekk il-Gvern irid l-appoġġ tal-Oppożizzjoni għandu jmur u jitlob l-appoġġ.
nominat fil-Qorti tal-Awdituri.
Reazzjoni Partit Laburista:
F’reazzjoni l-PL qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil l-ewwel ħarab milli jwieġeb fuq il-Viċi Kap tiegħu Mario DeMarco li ma ħallasx għall-xogħolijiet fil-propjetà tiegħu ħlief wara li ħareġ il-każ Panama Papers, u wara gideb meta qal li Mario DeMarco ppubblika l-irċevuti.