Konrad Mizzi qed jibgħat iċ-ċertifikat tat-tabib u jibqa’ jitħallas l-onorarja

Miguela Xuereb

Read in English.

Minkejja li qed jgħix ir-Renju Unit, l-eks ministru Konrad Mizzi qed jibgħat ċerifikati tat-tabib u qed jibqa’ jitħallas l-onorarja parlamentari. Dan joħroġ mir-ruling li ta fil-Parlament l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Il-każ tqajjem mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li talab lill-Ispeaker biex jagħti ruling dwar il-fatt li s’issa li r-Renju Unit fetaħ l-ajruport, Mizzi għadu assenti fil-Parlament u baqa’ jieħu l-onorarja parlamentari.

Farrugia qal li s-sedja timxi fuq iċ-ċertifikati tat-tobba skont il-proċeduri parlamentari kif ġara fil-każijiet l-oħra fil-passat.

Farrugia qal li fil-21 t’April, hu kien iddikjara li Mizzi kellu jkun dikjarat bħala skużat milli jattendi l-parlament as mit-13 ta’ Marzu fuq bażi taċ-ċertifikat mediċi li ġew mibgħuta mill-eks ministru.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jekk kienx infurmat bil-qagħda tas-saħħa ta’ Mizzi hekk kif issa ntgħażel il-kummissarju tal-pulizija.

Fearne qal li hu ma jiddiskutix is-saħħa personali tan-nies daqskemm mhux se jsaqsi l-interpellant x’kiel ilbieraħ u ma’ min raqad.