“Konrad Mizzi m’għamel xejn b’intenzjoni ħażina”

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi ddefenda l-azzjonijiet tal-Ministru Konrad Mizzi dwar il-każ tal-Panama.
F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Ministru Bonniċi sostna li hu konvint li Konrad Mizzi m’għamel xejn b’intenzjoni ħażina.
Spjega li Mizzi ma ħeba xejn u ddikkjara l-assi kollha tiegħu,fosthom it-trust. Żied jgħid li dak li ħareġ fil-Panama Papers kien diġà ntqal minn Mizzi nnifsu.
Owen Bonniċi qal li għalkemm teknikament korrett, il-parir finanzjajru li ngħata Konrad Mizzi,  kien politikament inġenwu.
Sostna li Dr Mizzi hu wieħed mill-aqwa Ministri fix-xena politika.