Konrad Mizzi lura fil-Parlament

konrad-mizzi-parlament

Read in English.

L-eks Ministru Konrad Mizzi reġa’ tfaċċa fil-Parlament illejla. Hu deher fuq il-kameras jieħu b’idejn l-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt il-ħin tal-aġġornament.

Fil-bidu tas-seduta tal-lum Farrugia kien informa lill-Kamra li l-Whip Laburista Glenn Bedingfield kien informa lill-Ispeaker li l-eks Ministru Konrad Mizzi ma kienx se jibqa’ jifforma parti mill-grupp parlamentari Laburista. Farrugia żied jgħid li fis-27 ta’ Ġunju kien irċieva ittra mingħajnd Mizzi li fiha qal li se jibqa’ leali lejn il-Partit Laburista fix-xogħol parlamentari u l-isforzi tal-Gvern Laburista.

Mizzi għamel xi żmien l-Ingilterra meta l-Gvern kien ħabbar l-għeluq tal-ajruport waqt il-pandemija tal-coronavirus. Hu rritorna lura Malta fil-bidu ta’ dan ix-xahar.

Farrugia qal li fil-21 ta’ April hu kien iddikjara li Mizzi kellu jkun skużat milli jattendi s-seduti mit-13 ta’ Marzu abbażi ta’ ċertifikati mediċi mibgħuta minn Konrad Mizzi.

Il-ġimgħa l-oħra l-Prim Ministru Robert Abela qal li 71 persuna mit-73 eliġibbli biex jivvutaw ivvutaw li Konrad Mizzi ma jibqax jagħmel parti mill-Grupp Parlamentari Laburista. Il-vot kien wieħed anonimu.