Konrad Mizzi jasal lura Malta wara xhur l-Ingilterra

Net News

Read in English.

L-eks Ministru u Deputat Parlamentari Laburista Konrad Mizzi wasal Malta llum. Dan skont rapporti fil-midja tal-Partit Nazzjonalista li ntervistatu mal-wasla tiegħu fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fil-filmati Mizzi stqarr li kien marid waqt li kien fuq xogħol u ma setgħax jirritorna lura.

Għal xhur sħaħ Mizzi kien jinsab l-Ingilterra fejn qal li ma setgħax jiġi Malta minħabba mard. Fil-Parlament ilbieraħ l-Ispeak ikkonferma li Mizzi kien qed jibgħat ċerifikati tat-tabib u qed jibqa’ jitħallas l-onorarja parlamentari.

F’intervista li xxandret fuq NET TV illejla, il-Ministru deher maħsud bil-preżenza tal-midja u qal li kien sejjer direttament għall-kwarantina li bħalissa hija obbligatorja. Huwa wissa’ wkoll lill-ġurnalist biex iżomm id-distanza skont id-direttivi tas-social distancing.

L-għaqda Repubblika kienet appellat lill-Pulizija biex joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew peress li kien jinsab imsiefer.