‘Konna marbutin ħafna miegħu u ddispjaċiena li sejjer” – Il-Kardinali Prospero Grech dwar Benedittu XVI

Waqt l-aħħar laqgħa tiegħu mal-Kardinali, il-Papa Benedittu ltaqa’ fost oħrajn mal-Kardinal Malti Prospero Grech.

Din kienet l-aħħar laqgħa wara li l-Papa ħa d-deċiżjoni il jirriżenja fit-8pm tal-aħħar jum ta’ Frar. Għall-ħabta tal-ħdax tal-bieraħ filgħodu, il-Papa Benedittu tenn l-aħħar kliem tiegħu bħala Papa lill-kardinali. Fosthom kien hemm il-kardinal Malti Prospero Grech, li nħatar mill-istess Papa f’Jannar li għadda. Il-laqgħa saret fil-kappella Klementina.

‘Lkoll konna marbutin ħafna miegħu u ddispjaċiena li sejjer”. Qal dan il-Karinal Grech f’isem il-Kardinali kollha li ltaqgħu miegħu.

Minbarra li Newsbook staqsa x’intqal f’din l-aħħar laqgħa, iddiskuta wkoll il-fatt li kien propju l-Papa Benedittu li ħatar lill-Kardinal Malti.

Qal li bħalissa fil-Vatikan qed issir ħafna tħejjija għall-konklavi.