Konna 700 u għerqu 181 – immigrant li salva

Kienu 181 il-persuni li nhar is-Sibt għerqu fl-aħħar traġedja ta’ immigranti li ingħataw l-għajnuna bejn Malta u Sqallija.
Din l-informazzjoni ħarġet mix-xhieda ta’ immigranti li salvaw, li huma ta’ nazzjonalità Pakistana u Sirjana, u li bħalissa qed jingħataw kenn f’Messina fi Sqallija.
Qalu li fuq id-dgħajsa kien hemm madwar 715 il-persuna ippakjata ma’ xulxin. Qalu li fost il-mejtin kien hemm ħafna nisa u tfal.
L-immigranti irrakkuntaw li tul il-vjaġġ, talbu lil min kien qed isuq id-dgħajsa biex jieqaf, għax it-tfal ma kellhomx ikel u xorb, iżda dan baqa’ sejjer.
Il-filmat, li xxandar minn portal tal-aħbarijiet Taljan, juri l-mument li bastiment resaq qrib id-dgħajsa ippakjata bl-immigranti rregolari. Bosta minnhom jidhru jaqbżu fil-baħar.
Minn fost dawk li salvaw, 83 immigrant, fosthom tifel u tifla, iddaħlu Malta. Magħhom 19-katavru ta’ immigranti li mietu fuq id-dgħajsa tul il-vjaġġ.