Konkos jispiċċa fil-Bypass tal-Kappara

Aktar kmieni dalgħodu, trakk tal-konkos li kien għaddej mill-bypass il-ġdida tal-Kappara ħariġlu l-konkos fit-triq bil-konsegwenza li karreġġjata minnhom spiċċat kolla konkos.
Jidher li l-inċident seħħ fil-karreġġjata li minn San Ġwann tieħdok lejn San Ġiljan.
Fl-istess żona ħames snin ilu kien infirex is-siment li kien ta' periklu għas-sewwieqa.
It-triq il-ġdida nfetħet f’Jannar li għadda kif tidher f’dawn ir-ritratti.
Il-Pulizija ma ġewx infurmati bil-każ.