Konkors għall-innu tal-Eurovision fl-okkażjoni tas-70 anniversarju

Biex jitfakkar is-70 anniversarju mit-twaqqif tal-European Broadcasting Union qed issir kompetizzjoni għal verżjoni oħra tat-Te Deum tal-kompożitur Marc-Antoine Charpentier komposta fis-seklu 17 li hija l-innu tal-Eurovision.

Kulħadd hu liberu kif jikkomponi basta tkun oriġinali. Tista’ tkun komposta biex tindaqq minn mużiċist waħdu, jew b’tema folk, bid-drums, stil operistiku u anki kor. L-aqwa li wieħed ikun kreattiv, differenti u joħroġ għonqu għal xi ħaġa tassew oriġinali.

Qed jintlaqgħu kompożizzjonijiet li jirriflettu l-valuri għas-servizz pubbliku tal-EBU li huma l-universalità, l-eċċellenza u l-innovazzjoni. Għalhekk l-iskop hu bla tmiem.

Ir-rebbieħ bħala premju se jingħata żewġ biljetti għall-konkors tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam fin-Netherlands, akkomodazzjoni f’lukanda għal-lejl finali tal-konkors tal-Eurovision fis-16 ta’ Mejju u ħlas ta’ 800 Frank Zvizzeru għall-ispejjeż tal-vjaġġ, u jinkludu wkoll żewġ titjiriet fl-Ewropa.

Dawk li se jieħdu sehem iridu jpoġġu vidjo ta’ 60 sekonda jew inqas fuq Instagram bejn it-12 ta’ Frar u l-1 ta’ April waqt li jintuża l-hashtag  #EBU70contest and tagging @ebu_hq

Ir-rebbieħ jitħabbar qrib l-aħħar ta’ April u l-konkors huwa miftuħ għal kull min għandu aktar minn 18-il sena.

Ir-regolamentikollha jinsabu fuq https://www.ebu.ch/files/live/sites/ebu/files/About/History/TC_EBU_70th_Anniversary_Eurovision_Anthem_Contest.pdf