Konkluża l-inkjesta dwar l-inċident waqt Paqpaqli għall-Istrina

Ġiet konkluża l-inkjesta li saret dwar l-inċident li seħħ waqt l-attività Paqpaqli għall-Istrina.
Dakinhar tal-inċident li seħħ fl-4 ta’ Ottubru li għadda, weġġgħu b’kollox 28 persuna meta karozza Porsche baqgħet dieħla fuq in-nies li kienu qed isegwu l-ispettaklu.
Uħud minn dawk li ndarbu kellhom jagħmlu bosta ġranet l-isptar Mater Dei għall-kura.
Is-sewwieq tal-Porsche, l-Inġliż Paul Bailey mar lura r-Renju Unit wara li kien interrogat mill-Maġistrat tal-inkjesta Consuelo Scerri Herrera.
Bailey kien għamel ukoll xi ġranet rikoverat fl-isptar.
Ir-rapport tal-inkjesta bil-konklużjonijiet ingħata f’idejn l-Avukat Ġenerali.