Konkluż il-ftehim dwar is-sistema l-ġdida ta’ parkeġġ f’Mater Dei

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li ntlaħaq ftehim dwar il-konċessjoni l-ġdida tal-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei.

Intqal li din il-bidla qed iġġib tariffi orħos u iżjed spazji ta’ parkeġġ għall-pazjenti u lil dawk li jżuru l-isptar.

Fi stqarrija l-Gvern qal li ntlaħaq ukoll qbil bejn il-General Workers Union, il-kuntrattur preżenti tal-parkeġġ tal-Mater Dei u t-tmexxija tal-isptar biex il-konċessjoni l-ġdida ma tħallix impatt negattiv fuq il-ħaddiema tal-kuntrattur.

Matul din il-laqgħa tħabbar li l-kumpanija tal-ħaddiema milquta minn din il-bidla se tesplora mezzi u skemi alternattivi biex il-ħaddiema tagħhom ikollhom l-aċċess mixtieq għall-post tax-xogħol tagħhom.

Kawża ta’ din il-bidla fil-kuntrattur, Newsbook.com.mt irrapporta wkoll kif min-nhar it-Tnejn li ġej, ħaddiema fl-Isptar Mater Dei se jkollhom jibdew iħallsu €2 kuljum jekk jagħmlu użu mill-parkeġġ.