Konfużjoni bejn koppja Franċiża u xufier tat-taxi: jispiċċaw il-qorti

Read in English.

Nuqqas ta’ ftehim bejn koppja Franċiża u xufier tat-taxi wassal lil tal-aħħar biex jispiċċa jidher quddiem il-qorti. L-inċident seħħ fit-tmienja ta’ Settembru meta koppja Franċiża anzjani qabdu taxi mill-Belt għal-lukanda.

Raġel ta’ 49 sena mill-Ħamrun kien akkużat li għamel xi ħsara fuq propjeta terzjarja li tammonta għal €2,400. Il-koppja riedu jaqbdu taxi mill-Belt għal Għajn Tuffieħa. Skont il-Franċiż, ix-xufier qalilhom li kien se jiħodhom sar-Radisson għal €25. Ir-raġel spjega li l-prezz kien viċin ta’ dak li ħallsu filgħodu u għalhekk aċċettaw.

X’ħin waslu, il-passiġġier ta’ lix-xufier €25 iżda x-xufier ma aċċettax immedjatament. It-turist qal quddiem il-qorti li x-xufier talbu €35 minflok. L-irġiel spiċċaw jargumentaw meta l-Franċiż ħareġ mill-karozza u x-xufier ħareġ warajh. Il-Franċiż spjega kif hu xtaq imur jgħid lil xi ħadd mil-lukanda li seta’ jgħinhom jifmu lil xulxin.

Skont xhud, ix-xufier ipprova jwaqqaf lit-turist milli jidħol fil-lukanda. Hu żied jgħid li x-xufier qabad iwerżaq u ta’ daqqa lir-raġel. In-nuċċali tar-raġel spiċċa waqa’ mal-art u nkiser. Waqt dan kollu, ir-raġel spiċċa tilef ukoll waħda mill-hearing aid. Il-mara tat-turist daqlet bejniethom meta ndunat li r-raġel kien kważi se jaqa’. Dan ġara kważi fl-istess mument meta l-maniġer u s-security ħarġu mil-lukanda biex jaraw x’kien qed jiġri. Il-koppja daħlu fil-lukanda filwaqt li s-security pprova jirraġuna max-xufier.

Il-mara ħarġet €10 u tagħtha lix-xufier. Waqt li kien qed jixhed, il-Franċiż qal li ma riedx lil martu tagħtih l-€10 għax qabel telqu kienu ftehmu li se jħalsu €25. Meta mistoqsi kemm jiswa n-nuċċali li nkisirlu, ir-raġel qal li jekk jagħmel wieħed ġdid se jiswiegħ madwar €400. Hu żied jgħid li tal-lukanda ħadu ħsieb biex sewwewlu n-nuċċali. Meta staqsewh jekk marx għand tabib minħabba d-daqqa’ i qala’, ir-raġel qal le.

Ir-raġel qal lil-qorti li kien diġà pprepara €25 għax-xufier. Hu reġa stqarr li x-xufier talbu €35 meta waslu. Ir-raġel għandu bżonn il-hearing aid li jiswew madwar €4000 minħabba li għandu 50% nuqqas ta’ smigħ.

Il-mara wkoll xhedet. Hi qaletl li minħabba li ma titkellimx bl-Ingliż, kellu jiftiehem ir-raġel miegħu. Hi qalet li x-xufier talabhom €25 u r-raġel laħaq prepara l-flus biex jagħtihomlu. Hi żiedet tgħid li malli waslu, ix-xufier irrifjuta l-flus.

Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba ta’ pleġġ mitlub mid-difiża. L-akkużat ingħata pleġġ u ġie ordnat iħallas depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta ‘ €1,000. Huwa għandu jiffirma l-għassa tal-pulizija darba fil-ġimgħa.