Konfronti mhux ħfief fil-futsal

Matul il-ġimgħa li għaddiet kellna diversi partiti tal-futsal mill-FXDD Knock Out, mill-kampjonat premier u mill-ewwel diviżjoni.

Fl-FXDD Knock Out, l-iktar logħba interessanti kienet dik bejn ir-rebbieħa tal-edizzjoni li għaddiet Balzan u t-tim tal-ewwel diviżjoni Sirens. 

Balzan li għadhom ġejjin mir-rebħ tas-Super Cup, sabu lil Sirens bħala għadma iebsa.  Konfront li kien imxebbah ma’ David u Gulija.

Fil-fatt Sirens kienu qalbenija u rnexxielhom jżommu għal ftit lil Balzan fi dro ta’ 3-3.  Imma fl-aħħar Balzan għaqdu l-forzi u għamluha għat-tieni rawnd billi għelbu lil istess Sirens bl-iskor ta’ 5-3.

Flimkien ma’ Balzan, għaddew għat-tieni rawnd Zurrieq, Fgura, Mqabba, Hibernians, Zabbar, Msida, Pembroke, San Gwann, Swieqi, Gzira u Zebbug.

Mil-kampjonat Premier, Hibernians għelbu lil Hamrun bl-ispartans 7-6.

Mill-ewwel diviżjoni:

Valletta      4-7    Qrendi

Mqabba     4-5    Marsaskala

Kalkara      1-6    Naxxar