Konfront bejn Janice u Maxine

Il-bidu tas-sena ġdida tfisser li issa l-iskedi tal-istazzjonijiet televiżivi jerġgħu jaqgħu lura għan-normal hekk kif diversi programmi jaslu lura fuq it-televiżjoni, fosthom is-sensiela ta’ kuljum Sorelle.

Illum se jixxandar il-61 episodju ta’ din is-sensiela b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Lil Janice u lil Maxine se narawhom f’konfront. X’se jgħidu bejniethom u x’reazzjoni se jkun hemm meta jissemma’ Vince? Jodi ċċempel lil Angela u ssaqsiha jekk kienx mar xi ħadd id-dar.

Min kellu jmur? Xħin tmur id-dar x’se tgħidlu Angela dwar Jodi?