Uffiċjali mid-Dipartiment tad-Dwana ikkonfiskaw għadd ta’ fliexken tax-xorb minn ħanut fl-Imsida.
Skont id-Dipartiment, din is-sejba seħħet waqt ħidma minn uffiċjali tad-Dipartiment madwar Malta. Fil-ħanut instabu 268 flixkun xorb alkoħoliku tal-kuntrabandu kif ukoll 163 strixxa tas-sisa li suppost kellhom jitwaħħlu fuq xorb ieħor.
Id-Dipartiment qal ukoll li numru ta’ sigaretti u xorb alkoħoliku ieħor instabu f’karozza f’Birkirkara kif ukoll f’Ħaż-Żabbar, fin-Naxxar, fil-Belt Valletta u fl-Imsida.
Id-Dipartiment tad-Dwana javża li l-pubbliku jista’ jċempel anonimament jekk jinnota fliexken tax-xorb mingħajr l-istrixxa tas-sisa fuq 25685124 jew 25685200.