Konfiskati mal-1,700 sigarett bil-kuntrabandu

Read in English.

1,700 sigarett ġew konfiskati minn maħżen ġewwa Bormla wara xhur ta’ sorveljanza minn uffiċjali tad-dwana.

Fi stqarrija, id-dipartment tad-Dwana qal li sid ta’ ħanut  inqabad fil-fatt jiġbor konsenja ta’ sigaretti minn maħzen qrib il-ħanut tiegħu.

Uffiċjali tad-Dwana mmedjatament għamlu inspezzjoni fuq il-post fejn ġew elevati  1,700 sigarett li ma kellhomx il-boll tas-sisa.