Konfiskati €21,000 fi flus mhux iddikjarati f’żewġ qabdiet separati

Customs

Read in English.

Il-bieraħ, uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-arjuport Internazzjonali ta’ Malta qabdu żewġ passiġieri li fuqhom kellu aktar minn €21,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati f’żewġ każijiet separati.

Dawn kienu t-tielet u r-raba’ każ f’temp ta’ ftit ġranet dwar flus mhux iddikjarati fejn ġew konfiskati ‘il fuq minn €160,000.

Il-passiġġieri li huma mill-Kosta d’Avorju ġew mwaqqfa bil-mument qabel telgħu fuq l-arjuplan fuq titjira lejn Istanbul.

L-uffiċjali eskortaw liż-żewġ passiġieri lejn l-uffiċċju tad-dwana fejn instabu li kellhom flus kontanti mhux iddikjarati. L-ewwel passiġier instab b’ €11,760 u l-ieħor kellu €10,000 moħbija fil-qalziet.

L-ewwel passiġier tilef il-flus iżjed mill-€10,000 u l-ieħor ħallas multa ta’ €200.